Wara li feġġgħet l-aħbar li din is-sena l-edizzjoni tal-FunRun mhux ħa ssir, il-preżentatur lokali Ivan Gaffiero tkellem fuq idea li għandu. Ivan qed jissuġerizzi biex il-FunRun issir xorta imma b'mod individwali.
"Tista' dik il-ġurnata li kellha ssir jinfetaħ xi SMS number ta' €10 u kull min ikun sejjer il-mixja imur jimxi waħdu" jgħid Ivan. B'hekk kulħadd ikun qed jagħmel xi forma ta' eżerċizzju u l-flus jibqgħu deħlin.
Ivan Gaffiero xtaq li dan il-messaġġ jarah il-president ta' Malta. Tgħid togħġbu l-idea?