Wara Jasmine u Justine kien imiss lil Destiny li tispiċċa trending fuq YouTube. Ħafna kkummentaw li din kienet l-aqwa darba li rajna lil Destiny tul l-X Factor ta’ din is-sena. Mhux ta’ b’xejn li ħafna qed jidħlu jaraw lil Destiny tkanta l-kanzunetta minn The Lion King.
L-ispettaklu ta’ Destiny minn Kinetic Dance Academy kien wieħed spettakolari u l-istess ħaġa nisgħtu ngħu għall-viżwal li kellha magħha. Kienet l-ewwel ġimgħa li kollox ġie f’postu għall-kantanta lokali!
Eċitati sabiex naraw biex ħa toħroġ f’dawn il-ġimgħatejn ta’ X Factor li fadal u ninsabu ċerti li ħafna jinsabu ħerqana sabiex jekk Destiny tasal fil-finali ta’ X Factor Malta jerġgħu jaraw din il-kanzunetta!
Facebook / X Factor Malta