Il-President Ta’ Malta Tiltaqa’ Mal-Assoċjazzjoni Tas-Saħħa Mentali

Fuq il-paġna uffiċjali tal-President ta’ Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, ġie miktub dwar laqgħa li kellha mal-assoċjazzjoni tas-saħħa mentali fejn huma spjegaw l-irwol tagħhom fil-qosor.

Fuq il-paġna kitbu, “L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kellha laqgħa ta’ korteżija mal-Mental Health Assocation Malta.”

Żiedu jgħidu wkoll, “Il-membri tal-Assoċjazzjoni spjegaw l-irwol tagħha bħala sistema ta’ appoġġ għall-qraba ta’ persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali, u l-ħidma tagħhom, speċjalment fil-komunità u fl-iskejjel, biex jingħata s-sapport meħtieġ għall-familjari u titkisser l-istigma li għadha teżisti fejn jidħol mard mentali.”

Nirringrazzjaw lil din l-assoċjazzjoni talli tagħti tant importanza lis-saħħa mentali f’kull qasam tal-komunità u talli qed jirnexxielha tkisser il-preġudizzju dwar il-mard mentali li sfortunatament huwa komuni f’pajjiżna.





Facebook / Myriam Spiteri Debono



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI