Ara X’Inhu L-Għan Ta' Karibu Malta!

Karibu Malta hija organizzazzjoni, bl-għan li tgħin lil nies, speċjalment tfal u żgħażagħ li huma inqas ipprivileġġjati minna. Ilha taħdem għal dan l-iskop siewi għal dawn l-aħħar seba’ snin, fejn sar ħafna titjib f’ħajjet dawn l-individwi.

Karibu Malta bdiet minn grupp ta’ żgħażagħ, li minn dejjem xtaqu jagħtu xi ħaġa lura lis-soċjetà. llum il-ġurnata din l-għaqda kibret ħafna, iżda minkejja dan, l-għan dejjem baqa’ wieħed; dak li jgħinu lil nies inqas ipprivileġġjati.

Kull sena, gruppi ta’ voluntiera jitilgħu l-Kenya biex jgħinu lil dawn in-nies, li lanqas il-bżonnijiet bażiċi m’għandhom. Għalhekk l-edukazzjoni hija nieqsa imma dawn in-nies dejjem urew ix-xewqa li jitgħallmu. Għalhekk Karibu Malta, bħala wieħed mill-proġetti tagħha, bniet skola ġewwa l-Kenya.

Din l-organizzazzjoni għamlet diversi proġetti fil-Kenya, li permess tagħhom ħajjet dawn l-individwi tkun aktar dinjituża. Naturalment proġetti bħal dawn jirrikjedu ħafna fondi biex isiru. Għalhekk din l-organizzazzjoni ta’ spiss torganizza avvenimenti biex jinġabru l-flus.

Gwida.mt tixtieq tirringrazzja lil Karibu Malta u lill-voluntiera kollha għax-xogħol kontinwu tagħhom. Kontinwament bl-għajnuna tagħhom qed itejbu ħajjiet ta’ ħafna persuni! Gruppi ta’ voluntiera li jieħdu inizjattiva hekk sabiħa huma verament ta’ min jammirahom!

Facebook / Karibu Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI