“Tgħajtuni Ħafna… Nispera Li Dejjem Tgħajtkom Dak Kollu Li Xtaqtu” – Matthew Sant Sultana

Fuq il-midja soċjali l-attur Matthew Sant Sultana kiteb erba’ kelmiet ta’ ringrazzjament lill-kittieba ta’ Take 2 - Jon Mallia, Abigail Mallia u Carlos Debattista.

“Min hawn trawwimt,” beda hu. “Tgħajtuni ħafna u ma nixba qatt ngħid grazzi! Nispera li dejjem tgħajtkom dak kollu li xtaqtu biex ix-xogħol li għaddejtu lili xegħel kif kien mixgħul ġewwa dak il-moħħ artistiku. Inħobbkom u grazzi. Abigail, Jon, Carlos."



Illum il-ġurnata Matthew sar fost l-atturi magħrufa f’pajjiżna - l-aktar karattru popolari tiegħu huwa dak tal-Lajf f’Min Imissu? Id-dedikazzjoni u l-imħabba li għandu Matthew lejn ir-reċtar tispikka wisq f’mumenti bħal dawn.

Facebook/Matthew Sant Sultana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI