“Huma Jirringrazzjaw Lil Puttinu Għall-Għajnuna Li Rċevew Meta Missierhom Kellu Jqatta’ 3 Xhur Fl-Ingilterra” – Puttinu Cares

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ David u Demelza Arrard, fejn flimkien ma’ ommhom taw donazzjoni lil Puttinu. Xi żmien ilu missierhom kien ġie bżonn ukoll lil Puttinu meta kellu jqatta’ xi xhur l-Ingliterra.

Huma bdew billi qalu, “Grazzi kbira lil David u Demelza Attard, flimkien ma’ ommhom Rita Attard, għall-ġest sabiħ tagħhom — id-donazzjoni ta’ figolli għal Puttinu.”

Komplew billi żiedu jgħidu, “Huma jirringrazzjaw lil Puttinu għall-għajnuna li rċevew meta missierhom kellu jqatta’ 3 xhur fl-Ingilterra għat-trattament tiegħu. Matul dak iż-żmien diffiċli, sab kenn u serħan fl-appartamenti ta’ Puttinu. Prosit u grazzi mill-qalb għal qalbkom ġeneruża.”

Prosit kbira ta’ dan il-ġest tant sabiħ!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI