Covid-19: Għall-Ħames Jum Konsekuttiv Naqbżu L-100 Każ Pożittiv

Il-paġna ta’ Saħħa għadha kif ħabbret li fl-24 siegħa li għaddew instabu 142 każ ġdid! Dan ifisser li f’sebat ijiem f’Malta ġie rreġistrat qrib id-900 każ pożittiv. Il-paġna żvelat ukoll li 52 persuna fieqet mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa tela’ għal 1347.

It-total ta’ każijiet li kellna s’issa jammonta għal 4628. Bħal dejjem, il-każijiet li nstabu llum għadhom qed jiġu nvestigati.





Dwar il-każijiet li nstabu lbieraħ hemm:

  • 46 każ  minn membri tal-familja li kienu pożittivi
  • 18-il każ minn fuq ix-xogħol
  • 3 każijiet minn Paceville
  • 9 każijiet minn kuntatt dirett ma’ persuni bil-Covid-19
  • u 4 każijiet minn laqgħat soċjali li kellhom il-każijiet pożittivi magħhom

Bir-rata li għaddejin biha bħalissa, jidher li għandna bżonn miżuri ħafna aktar b’saħħithom u pieni aktar ħorox. Int x’taħseb li għandu jsir? Iktbilna fil-kummenti.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI