"Xortija Tajba Li Għandi Lilek F'Ħajti Għażiż" – Yazmin Lil Żewġha Keith

Il-preżentatriċi, kantanta u żeffiena lokali Yazmin Helledie taqsam post tassew mimlija mħabba lejn żewġha Keith. Hi tibda billi tfakkar, "'Inwiegħed li nibqa’ leali lejk fiż-żminijiet tajbin u fiż-żminijiet ħżiena.' U proprju f’dak il-mument leħni nkiser fil-jum tat-tieġ tagħna."

Yazmin tkompli billi tgħid, "F’sekonda waħda ħsibt fuq dak kollu li għad irid jiġi – il-ferħ u d-dwejjaq li se ngħaddu minnhom flimkien, il-ġranet mill-isbaħ u l-agħar ġranet. Dawk il-kliem kienu jfissru ħafna għalija f’dak il-ħin u għadhom hekk sa llum, u kont naf li tkun xi tkun li l-ħajja tpoġġilna quddiemna, ngħaddu minnha id f’id."

Hi ttemm bil-kliem, "Xortija tajba li għandi lilek, f'ħajti." Is-sapport ġenwin mimli mħabba hu l-isbaħ sapport li wieħed jista' jirċievi, kemm fil-mumenti pożittivi, kif ukoll fil-mument inqas sbieħ li jipprovdulna sfida quddiemna.

Mumenti bħal dawn isaħħu jew ikissru relazzjoni tista' tgħid. Keith u Yazmin huma eżempju mill-isbaħ ta' kif ir-relazzjoni tagħhom tkompli tissaħħaħ u jsibu s-sapport u s-saħħa li għandhom bżonn f'xulxin.

Instagram / yazmin_zoe

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI