Hekk kif l-istudenti waslu biex jibdew sena skolastika oħra, Bjorn Formosa ġedded memorji minn żmien it-tfulija. Żmien meta hu wkoll kien ikun irid ilesti l-baskett, l-uniforma, jerġa' jibda jiltaqa' ma' sħabu eċċ.
"Eluf ta' tfal libsu l-uniformi, qabdu l-basket, u daħlu fil-klassijiet tagħhom għal sena ġdida. Jien ukoll niftakar dik l-eċitament, dik it-tama għall-futur. Awguri lit-tfal u l-istudenti kollha għal din is-sena skolastika. Għożżu kull mument, kull ħabib, u kull opportunità li titgħallmu."
Ċertament li ngħaddu minnhom dawn il-mumenti ta' nostalġija! Bjorn u t-tim tiegħu ser ikunu qed itellgħu anke book sale fi tmiem il-ġimgħa li ġej.
View this post on Instagram