"Għażiż Sebastian, Nawgurawlek Minn Qalbna L-Isbaħ Xewqat F’Għeluq Sninek!" – Awgurju Għal Bastjan Mit-Tim Ta' Maypole

Sebastian, jew Bastjan, huwa personalità maħbub u popolari fil-qasam tal-kċina b’mod speċjali. Narawh fuq il-programm imfittex immens mit-telespettaturi, Illum ma’ Steph.

Sena ilu Bastjan ħejja festin f’għeluq sninu b’kawża nobbli fejn inġabru l-flus għad-Dar tal-Providenza li tant iħobb. It-tim ta’ Maypole awgurawlu permezz ta’ messaġġ u anke xi ritratti.

“Għażiż Sebastian, Nawgurawlek minn qalbna l-isbaħ xewqat f’għeluq sninek! Grazzi tas-sehem tiegħek, tat-tmexxija u d-dedikazzjoni li dejjem turi. Nawgurawlek ħafna saħħa, ferħ u mħabba Għal ħafna iktar snin ta’ ispirazzjoni! Awguri mill-qalb.”

F’isem it-tim ta’ Gwida.mt ngħidulek Awguri Bastjan!





Facebook/ Illum ma’ Steph



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI