"Ikkonfermajna Wkoll Li Se Jkollna Tifel" – Julie Pomorski Tħabbar Live Fuq Ta' Kuljun

Il-kantanta u preżentatriċi lokali Julie Pomorski, ilbieraħ kienet assenti mill-programm Ta’ Kuljum li jixxandar fuq ONE minħabba l-fatt li kellha appuntament relatat mat-tqala tagħha. Ħafna staqsew għal Julie, u l-preżentatur Renato Vella qal li llum se jkun qed imexxi l-programm waħdu.

Iżda, b’sorpriża sar kollegament ma’ Julie, fejn qalet li jiddispjaċiha li ma setgħetx tkun hemm minħabba dan l-appuntament imma ħerqana biex tirritorna. Hi ħabbret li l-appuntament li kellha kollox juri li t-tqala sejra sewwa u kkonfermat li hi u l-maħbub tagħha Jeff se jkunu qed isir ġenituri ta’ tifel.

Din aħbar li qasmet l-ewwel darba fuq it-televiżjoni. Jidher li issa Julie flimkien mal-maħbub tagħha bdew jaraw x’jistgħu jsemmu lill-għażiż tagħhom. Jidher li jixtiequ isem Ingliż u li jintuża.

Insomma wieħed jista’ jerġa’ jsegwi dan il-mument billi jidħol HAWN. Awguri Julie u Jeff!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI