Fabrizio kien imkissier 4 snin ilu u l-Caritas għenitu sabiex issib l-għajnuna li kellu bżonn. Kien f'Xarabank fejn Fabrizio Faniello żvela li kien ilu snin bil-problema ta' droga. "Id-droga meta ħadtha jien, kellha 'feeling' sabiħ, però imbgħad tibda tieħu u tiġi addict". Fabrizio jgħid li l-motivazzjoni tiegħu kienet spiċċat, "Tispiċċa titlef il-valuri u ma temminx fik innifsek".
Fuq Xarabank kien qal li kien jieħu d-droga kuljum. Fil-Caritas, Fabrizio kiteb kanzunetta flimkien ma' Noel, "Fit-Tarf ta' Triq" u lum il-ġurnata Fabrizio jistqarr li qed jerġa' jgħix u "irrid nerġa' nkun il-Fabrizio li kont qabel".
Illum Anna fuq il-profil tagħha kitbet tirringrazzja lil Caritas talli għenu lil binha. "Grazzi Caritas talli 4 snin ilu ftaħt il-bibien beraħ biex tgħinu lil ibni. Erġajtu tajtuna l-ħajja".
Bħalissa għaddejja maratona b'risq il-Caritas li fi tliet sigħat l-Caritas ġabru mitt elf ewro. Għin lil Caritas tkompli tgħin lil uliedna ma jibdewx jieħdu d-droga billi tagħti donazzjoni fuq:
- 5100 2035 - €20
- 5190 2089 - €50
- 21331000 - Pledge line