Se Joħroġ It-Tieni Film Ta’ The Passion Of The Christ Bl-Isem Ta’ The Passion of The Christ: Resurrection

The Passion Of The Christ 2 ta’ Mel Gibson huwa kkonfermat, iżda s-sequel jidher li huwa ferm aktar kontroversjali. Fl-2004, The Passion Of The Christ kien ta’ suċċess kbir.

Prinċipalment ispirat mill-Evanġelju ta’ Ġwanni, The Passion Of The Christ inkorpora wkoll numru ta’ tradizzjonijiet Kattoliċi u anke l-viżjonijiet ta’ Anne Catherine Emmerich (1774-1824). Ir-rilaxx tiegħu sar partikolarment kontroversjali minħabba elementi ta’ antisemitiżmu.

Fuq is-sit IMDB, il-film kien intitolat The Passion Of The Christ: Resurrection – Part 1. L-attur Jim Caviezel li qed se jirritorna fil-parti ta’ Ġesù qal, “Jistgħu jkunu żewġ films. Jistgħu jkunu tlieta, imma naħseb li se jkunu tnejn” .

The Passion Of The Christ 2 huwa kkonfermat u għandu jibda l-iffilmjar fir-rebbiegħa tal-2023. L-attur Jim Caviezel ikkonferma li l-iskript kien tlesta f’Settembru 2020, u sostna li se jkun “l-akbar film fl-istorja tad-dinja.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI