“Shadow” Jibqa’ Jferraħ Klieb Oħra Anke Wara Mewtu B’Ġest Mill-Isbaħ Li Ħalla Bosta Nies Emozzjonati!

Mument emozzjonanti li nxtered fuq il-midja soċjali ġie maqsum mill-paġna popolari RUBS PUPPY LOVE, hekk kif mara bl-isem ta’ Jaruskaya Rodríguez irrakkuntat esperjenza li qatt mhi se tinsa.

Hija spjegat kif waqt li kienet fuq bajja bil-kelb tagħha Pepe, sabet kaxxa mimlija blalen tat-tennis flimkien ma’ ittra ddedikata lil kelb jismu Shadow. Fl-ittra, is-sid ta’ Shadow jidher li ħalla dawn il-blalen sabiex klieb oħra jkunu jistgħu jużawhom u jgawduhom anke wara li Shadow miet.

Jaruskaya stqarret li l-messaġġ messilha qalbha profondament, tant li bdiet tibki waqt li bdiet taqra din l-ittra. Hija sostniet li minn kull kelma mfassla f’dik l-ittra setgħet tħoss kemm Shadow kien maħbub u kemm it-telfa tiegħu kienet waħda diffiċli. Hi żiedet tgħid li dan il-ġest sabiħ wera kif l-imħabba lejn annimal tista’ tibqa’ tgħix anke wara mewtu, hekk kif ħafna klieb oħra issa se jkomplu jieħdu gost jiġru fuq il-bajja bil-blalen tat-tennis li xi darba kienu ta’ Shadow.

“Forsi dan huwa wieħed mill-isbaħ modi kif tibqa’ tgħix; li tkompli ġġib il-ferħ anke wara li titlaq,” kitbet Jaruskaya. Dan il-messaġġ qanqal ħafna emozzjoni fost dawk li rawh, b’ħafna jikkummentaw dwar il-lealtà u l-imħabba kbira li l-annimali kapaċi jagħtu.







Ritratti:

Fb/ Rubs Pupp Love
Fb/ Jaruskaya Rodríguez

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI