Maria Farrugia Sayeba qed tgħix ħolma kerha. Hi kienet trabbi tifla mill-Eritrea li jidher li ħarbet minn Malta flimkien ma' ommha materna. Maria hija l-omm li tiffosterja din it-tifla u għal dawn l-aħħar 25 jum ħajjitha tista' tgħid inqalbet ta' taħt fuq.
It-tifla fi tmiem il-ġimgħa kienet tiltaqa' ma' ommha materna u lura l-Ħadd terġa' għand l-omm l-oħra. It-tifla kienet qed titħarreġ fi skola lokali u ma kien jonqosha xejn. L-omm tistqarr mas-sit Times of Malta, “Aħna ninsabu inkwetati. Irridu niżguraw li hi tajba u li għandha dak kollu li teħtieġ."
"Hi tbati mill-ażżma. L-affarijiet kollha tagħha - il-ħwejjeġ tagħha, il-ġugarelli tagħha - għadhom hawn id-dar tagħna," qalet Farrugia Sayeba. L-omm tgħid li għalkemm ma wellditix hi, "ninkwieta bħal kull omm oħra," qal il-ġenitur foster.
"Għaddew tliet ġimgħat minn meta t-tifla ma rritornatx id-dar wara dak li kellu jkun tmiem il-ġimgħa ma' ommha bijoloġika - li ngħatat aċċess mhux sorveljat lit-tifla li kienet taħt il-protezzjoni."
Jidher li l-ħaddiema soċjali wissew lill-pulizija wara li żaru d-dar tal-omm bijoloġika u sabu l-bieb imsakkar. Aktar tard dakinhar, il-pulizija għarrfu lid-direttorat li kien hemm traċċi li l-omm kif f'xi pajjiż Ewropew. Il-pulizija kkuntattjat lill-Europol biex tgħin fil-każ.