Il-preżentatur Quinton Scerri żvela li għada waqt Popolin se tkun qed isseħħ diskussjoni dwar jekk tfal t’età bikrija għandhomx jingħataw ċerti vaċċini.
Semma li jeżistu għadd ta’ teoriji li jorbtu l-għoti ta’ dawn il-vaċċini ma’ kundizzjonijiet bħall-ADHD u l-awtiżmu u li minħabba f’hekk iwasslu sabiex il-ġenituri kultant ikunu xi ftit xettiċi.
Dan is-suġġett qajjem diskussjoni vasta fuq il-midja soċjali hekk kif kien hemm ukoll ġenituri li saħqu li kieku kellhom jerġgħu jingħataw l-għażla, jiddeċiedu li ma jagħtux dawn il-vaċċini lil uliedhom.
Id-diskussjoni dwar dan is-suġġett mistennija sseħħ għada waqt Popolin fid-21:15 fuq TVM.
Intom x’taħsbu?
Pexels u Facebook / Popolin