Wieħed mill-aktar films popolari li nġibdu f’Malta huwa Popeye tas-snin tmenin, tant li s-sett fejn inġibed il-film inżamm u ġie ppreservat bħala attrazzjoni turistika. Il-film beda jinġibed il-prajjet jew Ix-Xquq fit-23 ta’ Jannar tal-1980, bħal-bieraħ 46 sena ilu.
L-istorja hija dwar Popeye, baħri li jasal f’belt kostali fejn isir iħobb lil Olive Oyl li tkun se tiżżewweġ lill-Kaptan Bluto. Robin Williams kellu r-rwol ta’ Popeye u Shelley Duvall kellha r-rwol ta’ Olive Oyl.
Ġie rrappurtat li waqt li l-film kien qed jinġibed f’Malta, l-użu tal-kokaina kien qawwi fuq is-sett u li kulħadd fuq is-sett kien taħt l-influwenza.