Id-DJ lokali Ryan Spiteri qasam messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, li fih fetaħ qalbu dwar mument diffiċli ħafna li għaddej minnu relatat mal-kelb tiegħu.
Fil-messaġġ, Ryan spjega kif Zyler, il-kelb tiegħu, għaddej minn mumenti diffiċli u qed jitolbu biex jibqa’ miegħu f’dak li ddeskriva bħala wieħed mill-aktar mumenti diffiċli f’ħajtu. Huwa qasam kliem li juri r-rabta qawwija u l-imħabba kbira li għandu lejn il-pet tiegħu, u esprima t-tama li Zyler jirnexxielu jerġa’ jiġi fuq saqajh.
Ryan irrefera wkoll b’mod affettiv għal Zyler bħala “Teddy Bear”, frażi li enfasizzat ir-rabta emozzjonali profonda bejn is-sid u l-kelb tiegħu, kif ukoll it-tbatija li qed iħoss f’dan il-perjodu.
Fl-istess messaġġ, huwa rringrazzja lil kull min bagħatlu kelma ta’ kuraġġ jew messagg ta’ sostenn fl-aktar u fl-agħar mument li qatt għadda minnhom. Huwa spjega li, minkejja li bħalissa mhux f’qagħda li jwieġeb lura lil kulħadd, xorta waħda japprezza immens l-għajnuna li rċieva, speċjalment matul il-lejl meta kien qed jesperjenza paniku kbir.
Il-messaġġ ta’ Ryan qanqal reazzjonijiet ta’ empatija minn bosta segwaċi, li wrew solidarjetà u bagħtulu x-xewqat tagħhom, filwaqt li fakkruh li mhux waħdu f’dan il-mument diffiċli.
Facebook / Ryan Spiteri