Il-paġna tal-Facebook tat-temp, It-Temp Madwarna, tkellmet dwar is-sitwazzjoni kurrenti tat-temp u kif ukoll taw it-tbassir għall-jiem tal-karnival.
“Minkejja li ninsabu fl-eqqel tax-xitwa u forsi għal xi wħud din ix-xitwa jqisuha bħala ‘kiefra’ jew ‘qalila’ minħabba numru ta’ ġranet b’riħ qawwi u x-xita, illum it-temperatura massima laħqet l-20°C!” huma qalu.
“Dan ifisser li kienet madwar 6°C ogħla mill-medja staġjonali. B’koinċidenza, l-aħħar darba li kellna temperatura ta’ 20°C kien propju xahar ilu bl-eżatt, fis-6 ta’ Jannar, 2026!”
“Ml-lum is-Sibt 7/2, it-temperatura ser tinżel xi ftit iżda xorta mistennija li tibqa’ ogħla mill-medja klimatika għal dan iż-żmien tas-sena. Temp kiesaħ mistenni jilħaqna għal żmien il-karnival.”
Facebook / It-Temp Madwarna