Il-Jum Dinji tal-Kappillan jiġi ċċelebrat kull l-ewwel Sibt u Ħadd ta’ Frar u għalhekk dan it-tmiem il-ġimgħa qed niċċelebraw il-kappillani madwar id-dinja.
F’dan il-jum nonoraw il-kappillani madwar id-dinja għas-servizz altruwista tagħhom u nqajmu kuxjenza dwar ix-xogħol importanti li jagħmlu. Il-kappillani huma kleriċi jew rappreżentanti lajċi ta’ tradizzjoni reliġjuża marbuta ma’ istituzzjonijiet sekulari jew kappelli privati.
Il-paġna tal-Forzi Armati ta’ Malta kitbet post dwar dan filwaqt li onorat il-Kappillani Maltin. “Il-Jum Dinji tal-Kappillani jiġi ċċelbrat kull sena fl-ewwel Sibt ta’ Frar u huwa magħżul bħala żmien biex fih nirriflettu fuq il-ħidma tal-Kappillani filwaqt li nagħtuhom ġieħ għas-servizz li jagħtu fi ħdan bosta istituzzjonijiet differenti,” huma kitbu.
“Ir-rabta ta’ Kappillani ma’ Formazzjonijiet Militari Maltin għandha storja li tmur lura ħafna fiż-żmien.
Bħala Uffiċjali ta’ appoġġ speċjalizzat professjonalment kwalifikati tal-Forzi Armati ta’ Malta, l-Kappillani Militari jibqa’ għandhom rwol vitali fil-bini ta’ dik li hija reżiljenza spiritwali u morali. Huma jagħmlu dan bl-appoġġ, bil-ministeru, u t-tama li jġibu lis-suldati tagħna kollha u l-għeziez tagħhom, speċjalment f’sitwazzjonijiet difficli.”
Il-Jum Dinji tal-Kappillani tnieda fl-2020 mill-Global Chaplains Alliance, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ ibbażata fl-Amerika li sservi u tappoġġja l-kappillani irrispettivament mir-reliġjon jew id-denominazzjoni tagħhom.
Facebook / Armed Forces of Malta