Ritratti meħuda minn nies li għaddew minn ħdejn il-‘mini farm’ fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali juru kundizzjonijiet dubjużi tal-annimali miżmuma hemmhekk. “Lanqas biss aħna ċerti jekk dan jistax jissejjaħ razzett,” huma qalu.
Ritratti meħuda juru l-annimali miżmuma f’gaġeġ żgħar u maħmuġin f’kamra, ħdejn żona fejn it-tfal ikunu qed jgħajtu kontinwament il-ġurnata kollha.
“L-annimali jinsabu fi stat tassew ħażin. Gaġeġ żgħar, spazju limitat, l-ebda arrikkiment. Iż-żwiemel li huma annimali soċjali li jeħtieġu jgħixu flimkien, qed jinżammu waħedhom, iżolati fil-kantunieri tagħhom. Il-fniek qegħdin bilqiegħda bla ma jiċċaqalqu f’gaġeġ żgħar, bi ftit spazju biex jiċċaqalqu,” huma qalu. “Ma nistax nifhem kif xi ħaġa bħal din għadha permessa fl-2026. Dawn huma kreaturi ħajjin, mhux dekorazzjonijiet għal park.”
Facebook / Lisa de Franco