L-Olanda Jsir L-Ewwel Pajjiż Li Fih M’Hemmx Klieb Jgħixu Fit-Triq

Huwa stmat li madwar id-dinja kollha hawn ‘il fuq minn 200 miljun kelb jgħixu fit-triq. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn il-klieb ma jgħix fit-toroq tal-Olanda.

Dan hekk kif fix-xhur riċenti dan il-pajjiż sar l-uniku wieħed li fih m’hemmx kelb wieħed jgħix fit-triq.

Wieħed mill-fatturi ewlenin li għen lill-Olanda sabiex tilħaq dan it-tragward kienu proprju l-liġijiet stretti tagħhom li jikkundannaw u jippenalizzaw b’mod aħrax kwalunkwe abbuż jew moħqrija fuq l-annimali. Fil-fatt, l-Olanda kien l-ewwel pajjiż fid-dinja li daħħal fis-seħħ liġijiet ta’ din ix-xorta.

Apparti minn hekk, il-gvern Olandiż daħħal fis-seħħ ukoll taxxa li tapplika għal dawk interessati li jrabbu l-klieb u minflok jaddottaw jagħżlu li jixtru.

Illum il-ġurnata gvernijiet minn madwar id-dinja qed iħarsu lejn il-ħidma li wettaq il-gvern Olandiż u jaspiraw li jirreplikawha f’pajjiżhom.







Ritratti:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI