“Qatt Ma Tlabt Xejn Bħalma Tafu Intom, Imma Tafu Wkoll Li Fejn Jidħlu L-Animali Ma Nagħlaqx Ħalqi”- Amy Sarai

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Amy Sarai qasmet appell għall-għajnuna rigward xi annimali. Kif jaf kulħadd, l-ispejjeż tal-veterinarji u tal-mediċini huma kbar, speċjalment meta jkun hemm numru kbir ta’ annimali involuti.

Bdiet billi qalet, “Bonġu; qatt ma tlabt xejn bħal ma tafu intom, imma tafu wkoll li fejn jidħlu l-animali ma nagħlaqx ħalqi. Jekk jogħġobkom, nafu kemm hawn Maltin qalbhom tajba, qed niġbru l-flus għal Christa Cilia li qed tgħini niġbor dawn il-klieb fi stat ħażin. Għanda bżonn il-flus għall-veterinarji plus li anke għas- santwarji li ħa jieħdu ħafna minn dawn il-klieb. S’issa nġabru 4 klieb. Fadal ħafna x’niġbru imma bħal ma tafu intom, l-ispejjes tal-veterinarji u l-mediċini tagħhom mhumiex bxejn.”

Żiedet, “Ħa ntikom in-numru tar-Revolut jew BOV PAY ta’ Christa. Min jixtieq jgħinha jibgħat fuq Revolut tagħha 77270610. Ftakru li kieku mhux bis-saħħa ta’ din il-mara ma jsir xejn minn dan. Nirringrazzjakom bil-quddiem. Min jixtieq jgħin fuq homes u fostering tkellmu jew miegħi jew ma’ Christa u tiddeċiedi hi l-aħjar għalihom. “

Ixxerjaw dan l-artiklu biex inkunu t’għajnuna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI