“Jack: Livell 13 Milħuq” – Daniel Cauchi Jiċċelebra Għeluq Snin Ibnu Jack B’Messaġġ Mimli Mħabba

Il-kantant u mużiċist lokali Daniel Cauchi qasam mument ħelu mas-segwaċi tiegħu hekk kif ibnu Jack qed jiċċelebra għeluq sninu.

“Jack: Livell 13 milħuq… U hekk kif għadda ż-żmien, għandna teenager id-dar! Ibqa’ ġentili, ibqa’ kurjuż, u kompli kun int. Awguri f’għeluq sninek!” kiteb Daniel, messaġġ li jgħaqqad tbissima ma’ sentiment profond ta’ mħabba u kburija ta’ missier.



Il-kliem tiegħu juri kemm dan il-pass huwa wieħed importanti fil-ħajja tal-familja, minn tfulija għal adoloxxenza, kapitlu ġdid li jibda b’ħafna tama u aspirazzjonijiet. Il-fatt li enfasizza biex Jack jibqa’ dejjem hu nnifsu jgħid ħafna dwar il-valuri li qed jitwasslu fid-dar tagħhom.



Minn naħa tagħna, nawguraw lil Jack l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali, u sena oħra mimlija mħabba, daħk u ferħ.



Ritratti:

Facebook / Daniel Cauchi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI