Il-kantanta lokali Jasmine Abela esprimiet il-gratitudni tagħha wara li kienet fost l-erba’ finalisti waqt X Factor Malta: Back to Win.
Lura fit-tieni staġun Jasmine waslet sat-tieni live show, minkejja li tat wirjiet spettakolari bħal dejjem. Din id-darba Jasmine brillat u baqgħet sejra fuq quddiem.
“X’avventura dik! Grazzi lil kull wieħed u waħda minnkom tas-sapport kontinwu. Qatt m’jien se ninsa lilkom li tul dan il-vjaġġ bgħattuli, ivvutajtuli u wassaltuni sal-finali ta’ X Factor Malta.”
Jasmine kitbet, “Inħossni rbaħt, għax kelli l-appoġġ tagħkom matul dan il-vjaġġ kollu. Kemm jiena ferħana li sirtu tafuni iktar, kemm bħala persuna kif ukoll bħala artista. Dan hu biss il-bidu u minn qalbi nirringrazzjakom mill-ġdid.”
Waqt li tirringrazzja lil dawk kollha li kienu qrib tagħha, Jasmine taqsam appell għal kulħadd biex ma taqta’ qalbek qatt u tibqa’ temmen f’dak li tixtieq.
Awguri mill-qalb Jasmine u nixtiqulek ħafna aktar suċċessi!