Il-paġna Infrastructure Malta ppubblikat appell għall-pubbliku rigward interventi minuri bejn Ħal Qormi u l-Imrieħel li għaddejjin.
“Illum (it-Tnejn, 9 ta’ Marzu 2026) bdejna interventi minuri biex intejbu l-aċċess minn Triq Il-Mitħna ġewwa Ħal Qormi lejn il-Bypass tal- Imrieħel. Dawn ix-xogħlijiet se jitlestew sal-aħħar ta’ Marzu, kuljum bejn l-10 u l-17:00.”
Infrastructure Malta jkomplu, “Matul dan il-perjodu, it-triq se tibqa’ miftuħa. Suq bil-galbu u segwi t-tabelli. Grazzi tal-koperazzjoni.”
Aqsmu dan l-avviż ma’ sħabkom.