Illejla Jitħabbru S-Semifinalisti Ta’ Brillanti Dance – Nawguraw Lill-Kontestanti Kollha

Brillanti joseph

BRILLANTI DANCE jghaddi għat-tieni u l-aħħar ġimgħa tal-kwarti tal-finali. Il-ġimgħa li għaddiet it-30 kwartifinalisti ħadu sorpriża kbira hekk kif intagħżlet bix-xorti s-silta mużikali, u li għaliha kellhom joħolqu korjografija ġdida u unika f’sagħtejn biss, sabiex jimpressjonaw lill-ġurija komposta minn Brenda Lee Grech, Attila, Sol u Emanuele Battista.

L-emozzjonijiet kienu diversi għaliex min kien fis-seba’ sema bl-għażla li ġietu u min kien imwerwer għaliex l-għażla kienet totalment barra l-‘comfort zone’ tiegħu jew tagħha!

Kien għalhekk li wiċċ Jonas bjad meta sema’ s-silta klassika li kellu jiżfen magħha u l-istess ġara lil Lara u Diego u Luke Brincat.



Mill-banda l-oħra Marie mill-Filippini ġietha l-istil li xtaqet kif ukoll Sienna, il-parteċipanta Awstraljana ta’ Brillanti Dance.



“Fil-programm li jmiss ser inkomplu napprezzaw flimkien il-kumplament tal-kwartifinalisti tagħna filwaqt li wara ser jitħabbru min ser ikunu l-14-il semifinalista ta’ Brillanti Dance 2026 – 14-il żagħżugħ u żagħżugħa li jibqgħu biċ-ċans li jirbħu total ta’ €30,000 għall-avvanz tat-talent tagħhom fl-iżfin.”

Għalhekk apparti l-forza Maltija u Għawdxija, ser ikollna doża ta’ Taljani, Filippini, Awstraljani, Franċiżi, Arġentinjani u nazzjonalitajiet oħra fis-semifinali tal-ġimgħat li ġejjin? 

It-taqtigħa hija waħda iebsa u qalila u kulħadd ser ikun bi grinta u forza kbira sabiex jakkwista dak il-post tant mixtieq fis-semifinali. 

Min ser ikunu l-14-il semifinalsita ta’ Brillanti Dance 2026? Inkunu nafu llejla fit-20.35 fuq ONE. Titilfuhx!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI