“Wara 3 Snin Jieħu L-Kimoterapija, Adam Daqq Il-Qanpiena U Daħal Għall-Ewwel Darba L-Iskola Dis-Sena” – Puttinu Cares

Dawn l-aħħar 3 snin ma kinux faċli għal Adam hekk kif matulhom b’mod regolari kellu jieħu t-trattament tal-kimoterapija. Sfortunatament minħabba f’hekk hu ma setax lanqas jattendi l-iskola mal-kumplament ta’ sħabu, kif tant xtaq li jagħmel.

Matul dawn l-aħħar xhur, b’xorti tajba, Adam irnexxielu jtemm it-trattament tiegħu hekk kif daqq il-qanpiena tar-Rainbow Ward fl-isptar Mater Dei.

Fl-aħħar kien wasal il-mument għalih ukoll sabiex jingħaqad ma’ sħabu l-iskola fejn ġie milqugħ miċ-ċapċip u l-ferħ tagħhom.



Fil-Ġimgħa l-Kbira Puttinu se jkunu qed jagħmlu maratona ta’ ġbir ta’ fondi sabiex ikunu jistgħu jiġu megħjuna persuni li jinsabu fl-istess qagħda li kien fiha Adam.



Prosit tassew!



Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI