“Għalfejn Iż-Żgħażagħ Mhumiex Jagħmlu Eżerċizzju Fiżiku? Kieku Jibqgħalhom Inqas Ħin Għall-Midja Soċjali” – Adam Sullivan

Waqt dibattitu fuq Popolin dwar l-użu tal-midja soċjali, l-opinjonista lokali Adam Sullivan saħaq li waħda mill-isfidi ewlenin li qed jaffaċjaw it-tfal u ż-żgħażagħ illum il-ġurnata hi sabiex iqassmu ħinhom b’mod effettiv.

Staqsa għalfejn ftit huma dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jiddedikaw ħinhom sabiex jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku. Fisser kif din tista’ tkun soluzzjoni ta’ kif l-adoloxxenti jnaqqsu l-ammont ta’ sigħat li jagħmlu fuq il-midja soċjali.

Adam Sullivan sostna li ż-żgħażagħ għandhom għażla jekk ikunux protagonisti ta’ ħajjithom jew inkella spettaturi ta’ ħajjet ħaddieħor. Saħaq li sfortunatament bosta huma dawk iż-żgħażagħ li qed jagħżlu li jkunu spettaturi u mhux protagonisti ta’ ħajjithom.



Intom x’taħsbu dwar dan?





Ritratti:

Facebook / Popolin u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI