Skont it-tbassir tal-Uffiċju Meteroloġiku ta’ pajjiżna, għall-kumplament ta’ din il-ġimgħa l-gżejjer Maltin se jkunu qed jintlaqtu mill-ħalbiet tax-xita kuljum minbarra nhar il-Ġimgħa hekk kif dakinhar it-temp mistenni jkun pjuttost imsaħħab minflok.
F’ċerti jiem ukoll fosthom nhar il-Ħamis u nhar il-Ħadd antiċipat li r-riħ se jkun qed jitqawwa xi ftit f’pajjiżna hekk kif se jkun qed jilħaq il-forza 6.
Intant, fi tmiem din il-ġimgħa se jkun qed jasal fi tmiemu l-istaġun xitwi hekk kif minnufih tibda r-rebbiegħa.

Facebook / Patricia Kellett