Il-preżentatriċi lokali Elaine Sammut qasmet messaġġ mimli emozzjoni u gratitudni hekk kif missierha ċċelebra għeluq l-74 sena tiegħu. “Happy birthday Pa… 74 sena llum,” kitbet Elaine, waqt li spjegat li missierha, Salvu, bħalissa jinsab għall-kura tad-dijalisi – trattament li jgħaddi minnu tliet darbiet fil-ġimgħa ġewwa Mater Dei Hospital.
F’dan il-jum speċjali, hija ħasset il-bżonn li mhux biss tawgura lil missierha, iżda wkoll tirringrazzja mill-qalb lit-tim mediku kollu li jieħu ħsiebu. Hija faħħret lit-tobba, infermiera, professjonisti, carers u sewwieqa ta’ ambulanzi, kif ukoll lit-tim dedikat tar-Renal Unit, li kuljum jaħdmu biex jagħtu kura ta’ kwalità lill-pazjenti.
Elaine sostniet li x-xogħol tagħhom huwa “impekkabbli” u li permezz tad-dedikazzjoni tagħhom jiġu salvati ħafna ħajjiet. “Kemm tagħmlu ġid. Prosit u grazzi mill-qalb,” kitbet b’apprezzament sinċier.
Fl-istess messaġġ, hija bagħtet ukoll l-isbaħ xewqat lil missierha Salvu f’dan il-jum speċjali, b’messaġġ ta’ mħabba u rispett lejn raġel li, minkejja l-isfidi tas-saħħa, jibqa’ jiġġieled kuljum.
Messaġġ li jfakkarna kemm huwa importanti napprezzaw kemm lill-għeżież tagħna kif ukoll lil dawk kollha li jaħdmu bla waqfien biex jieħdu ħsieb saħħitna.
Facebook / Elaine Sammut