€3,030 Miġbura Minn Festa Familja – Prosit Jayden U L-Familja Tiegħu Li Jappoġġjaw Tant Lil Puttinu Cares!

Jayden Puttinu

Nhar il-Ħadd 19 ta’ April 2026, Triq Misraħ Għonoq, Mosta (fil-parkeġġ tal-MCAST Mosta) inbidlet f’atmosfera mimlija ħajja u divertiment għal Festa Familja, li offriet esperjenza unika għal kulħadd.

Ġurnata mill-isbaħ li laqgħet lil kulħadd – tfal, żgħażagħ u adulti – b’varjetà kbira ta’ attivitajiet u attrazzjonijiet.

Puttinu Cares jirringrazzjaw lil Jayden u l-familja tiegħu, li għal darb’oħra kienu l-moħħ wara dan l-avveniment li jħalli l-frott.

“€3,030 miġbura minn festa familja organizzata minn Dreamtastic Party and More fl-għeluq snin ta’ Jayden… Proset immens lil kulħadd għall-ġenerożità u l-appoġġ tagħkom,” jikteb it-tim ta’ Puttinu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI