Il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela ħabbar fuq il-midja soċjali li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għandu uffiċjalment żewġ CT Scanners.
Din hija l-ewwel darba fl-istorja ta’ Għawdex, bil-Ministru tas-Saħħa jgħid li dan ifisser kura aħjar għall-pazjenti li jirċievu attenzjoni medika fuq il-gżira oħt ta’ Malta.
“Għall-ewwel darba Għawdex se jkollu żewġ CT scanners funzjonanti, li jfisser kwalità ta’ kura aħjar, u aktar serħan tal-moħħ għall-pazjenti Għawdxin.”
Facebook/ Jo Etienne Abela