Numru ta’ pajjiżji, fosthom l-Islovenja, ħabbru xhur ilu li mhux se jkunu qed jipparteċipaw fil-Eurovision 2026 li se jsir ġewwa Vjenna minħabba l-parteċipazzjoni tal-Iżrael. Fost dawn il-pajjiżi xi wħud xorta waħda ser juru s-serati tal-Eurovision fuq l-istazzjonijiet tagħhom iżda oħra għażlu li qas ser juruhom. Fosthom hemm l-Islovenja li minflok il-Eurovision ser juru dokumentarji dwar il-Palestina.
L-istazzjon nazzjonali RTV Slo se jippreżenta sensiela ta’ films, dokumentarji u diskussjonijiet politiċi taħt it-titlu “Glasovi Palestine”, jiġifieri “Vuċijiet tal-Palestina”. Dawn ser jixxandru bejn l-10 u l-20 ta’ Mejju, fl-istess perjodu tas-semifinali u l-finali tal-Eurovision.