Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Kevin Borg sellem il-memorja ta’ persuna li riċenti kanta fil-funeral tagħha.
Hu qal, “Illum kienet verament diffiċli li nkanta. Għażiż Jurgen, jien ma kontx nafek però illum sirt naf kemm kont maħbub minn ħafna u ħafna nies u kien verament ta unur ghalija li nkun parti mill-aħħar tislima għall-ħajja ta dejjem. Ma kienx hemm fejn toqgħod persuna oħra ġewwa l-knisja ta San Bastjan.”
Żied, “Illum kantajt fil-funeral ta Jurgen Cassar li ħalla din id-dinja fi traġedja ftit tal-jiem ilu ta 40 sena biss. M’għandix dubju li għandkom anġlu fil-ġenna jżomm idejh fuq il-familja. Minn qalbi nixtieq noffri l-kondoljanzi tiegħi lill-familja u ħbieb kollha tiegħu. Strieħ Fis-Sliem Għażiż Jurgen.”
Jistrieh fis-sliem.