Kieku madwar 9 ijiem ilu, l-attriċi u preżentatriċi veterana Mary Grech ma ħallitx din id-dinja, kieku bħalissa kienet tkun qed tiċċelebra għeluq id-89 sena tagħha. Dan hekk kif ilbieraħ ħabat jum għeluq sninha.
Fuq il-midja soċjali, binha Josef N. Grech li matul dawn l-aħħar jiem tkellem kemm-il darba dwar il-memorji sbieħ li kellu flimkien ma’ ommu, rrakkonta kif riċentament ommu kienet qaltlu: “F’għeluq snini se nkun ħdejn San Ġużepp”.
Dan hekk kif meta mistoqsi dwar l-aħħar ftit mumenti ta’ ħajjet ommu, Joseph kien tenna li ommu ma kienet ħasset l-ebda biża’ iżda kienet ippreparata għaliex emmnet fil-fidi.
Mary Grech kienet twieldet fit-2 ta’ Mejju tal-1937 u meta ħalliet din id-dinja, irnexxielha tħalli warajha legat li se jibqa’ jissemma għal bosta snin, bis-sehem tagħha fit-teleserje Ipokriti jissottolinja l-bosta suċċesi tagħha fit-televixin Malti.
Strieħ fis-sliem, Mary!
Facebook / Josef N. Grech u Calypso Radio 101.8