Bjorn Formosa jkompli juri kif il-komunità Maltija tibqa’ magħquda wara kawżi nobbli, hekk kif dalgħodu ġie ċċelebrat it-tielet anniversarju ta’ DAR Bjorn b’attendenza impressjonanti ta’ nies minn kull rokna tal-pajjiż.
“Dalgħodu kienet għodwa mill-isbaħ. Mijiet ta’ nies inġabru magħna biex jiċċelebraw it-tielet anniversarju ta’ DAR Bjorn! Li naraw din il-folla kbira u dan is-sapport kollu wara l-bibien tagħna jimliena b’kuraġġ kbir biex inkomplu bil-ħidma tagħna ta’ kuljum.”
Ringrazzjament speċjali ngħata lil Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD), li kellhom rwol kruċjali biex dan l-avveniment seta’ jsir b’suċċess.
Prosit tassew!
Facebook/ Bjorn Formosa