“Awguri Ma, Grazzi Ta’ Kull Mument Li Ddedikajt Għalija, Fit-Tajjeb U Fil-Ħażin… Inħobbok U Nitlob Għalik Kuljum” – Claudia Faniello Lil Ommha Anna

Anna Faniello u uliedha

Illum huwa jum għeluq snin persuna importanti f’ħajjet il-kantanta lokali Claudia Faniello – l-għażiża ommha, Anna Faniello. Claudia kitbitilha messaġġ mill-qalb biex tawguralha f’dan il-jum.

“Awguri Ma, Grazzi ta’ kull mument li ddedikajt għalija, fit-tajjeb u fil-ħażin. Grazzi talli dejjem għallimtni nħaddan valuri sodi u niġġieled għal dak li huwa ġust. Grazzi talli ħallejtni indipendenti biex nesperimenta u nsib triqti.”

Tammiraha għal kemm hi mara sempliċi u sinċiera u bl-umlità dejjem għalmitha biex iżżomm saqajha mal-art. Tapprezza kemm hi onesta, u kemm dejjem tgħid l-affarijiet kif inhuma.

Claudia tkompli, “Ma, proset ukoll ta’ kemm tferraħ individwi bix-xogħol tiegħek, ma nieqafx niltaqa’ ma nies li jgħiduli kemm għamiltilhom differenza f’ħajjithom. Inħobbok u nitlob għalik kuljum.”

It-tim ta’ Gwida.mt jawgura mill-qalb lil Anna Faniello f’dan il-jum speċjali!







Ritratti:

Facebook/ Anna Faniello

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI