Is-sensiela Qalbi, bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Rikordja, ilha xhur issa għaddejja bl-istorja li dejjem qed tkompli tiżviluppa.
Sa issa sirna nafu ħafna affarijiet oħra dwar il-karattri, apparti li sirna nafuhom aħjar, u nafu x’inhi l-missjoni tagħhom. L-istorja sirna familjari sew magħha u sa dal-punt nafu bl-intriċċi li għaddejjin.
It-tim ta’ Qalbi kemm-il darba jaqsam mumenti waqt il-filming ta’ din il-produzzjoni segwita, u jfakkar li ġejjin aktar episodji fil-futur. Din id-darba t-tim qasam filmat, li jagħti ħjiel dwar xena li għadha ġejja.
Milli nistgħu naraw hemm kunsinna li probabbli għadha kemm tasal – tgħid x’kunsinna hi din?
Din hi idea żgħira tal-episodju li għandna nistennew fil-ġimgħa li ġejjin. Lestu ruħkom għal aktar żviluppi f’din l-istorja.
Facebook/ Qalbi