Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Christa Cilia laqqgħet lis-segwaċi tagħha ma’ Pina, kelba li għaddiet minn ħafna.
Hi qalet, “Din hija r-realtà ta’ ħafna klieb abbandunati u traskurati. Sakemm xi ħadd finalment jgħinhom, ġisimhom ikun diġà qed jiġġieled biex jgħix. Pina qattgħet il-ġurnata tieħu l-fluids għand il-vet u għada se jkollha bżonn aktar hekk kif il-fejqan tagħha jibda bil-mod.”
Żiedet, “Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil kull min qed jgħin, jagħti donazzjonijiet u jaqsam il-posts tagħha. Il-ġenerożità tagħkom qed tagħti lil Pina ċans li tfiq u tibda ħajja ġdida, u napprezza ħafna kull persuna li qed tipprova tgħin.”
Qalet ukoll, “Qed nirċievi ħafna messaġġi mingħand nies li jixtiequ jagħtu donazzjoni u sfortunatament ma nistax inwieġeb lil kulħadd individwalment, għalhekk se nħalli n-numru tiegħi hawn: 77270610
BOV / Revolut
Jekk jogħġobkom dejjem agħżlu l-ħniena mal-annimali. Huma jiddependu fuqna aktar milli nirrealizzaw.”