“Din Hi L-Aħħar Kartolina Ta’ Jum L-Omm Li Jean Paul Kien Tani… Illum L-Isbaħ Memorja T’Ibni!” – Isabelle Bonnici

Illum bosta ommijiet qed igawdu dan il-jum iddedikat għalihom flimkien ma’ wliedhom. Sfortunatament madankollu, mhux kull omm tista’ tagħmel dan. Fuq il-midja soċjali tkellmet emozzjonata Isabelle, omm il-mibki Jean Paul Sofia.

Isabelle tkellmet dwar waħda mill-isbaħ memorja li għadha tgħożż sal-lum il-ġurnata ta’ binha Jean Paul, li hi proprju l-aħħar kartolina li hu kien ta għal Jum l-Omm. L-omm tfisser kif din il-kartolina għaliha llum hi l-iktar teżor prezzjuż li qatt jista’ jkollha.

“Lil kull omm li għaddejja mill-istess tbatija tiegħi, uliedna jista’ jkun li ħarbu minn taħt dirgħajna, iżda qatt m’huma se jaħarbu minn qalbna,” sostniet Isabelle b’turija ta’ kuraġġ lil ommijiet oħrajn li għaddejjin minn ċirkostanzi simili.



Strieħ fis-sliem, Jean Paul!





Ritratti:

Facebook / Għal Jean Paul

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI