“It-Tfal Tagħna Jikbru U Malajr, Iżda Dak Li Jinżera Fihom Hemm Jibqa’.” – Is-Surmast Lelio Spiteri

Vinicius

Is-surmast Lelio Spiteri qasam mument meta ltaqa’ ma’ eks student li llum il-ġurnata minkejja li kiber, xorta baqa’ jiftakar il-valuri tajba u l-ġid kollu li sab fl-iskola.

“Rajt lil missieru u lilu. Għaraftu! M’għadux it-tifel li kont naf jien. Sar żagħżugħ bil-wisq itwal minni! Kien jattendi l-iskola tagħna iżda li kellu jitlaq qabel il-waqt.”

Lelio jkompli, “Qam minn mal-mejda u resaq lejja. Jien qomt ukoll. Tgħanniqa kbira pinġiet b’mod perfett il-mument. Staqsieni kif jien u jekk għadnix is-surmast tal-iskola. ‘Hemm għadni,’ weġibt, ‘imma fl-iskola l-ġdida.'”

Jagħlaq billi jsemmi kemm dak li ngħaddu lil ta’ warajna jibqa’ jinġarr matul iż-żmien.

“It-tfal tagħna jikbru u malajr, iżda dak li jinżera’ fihom hemm jibqa’. Ibqa’ miexi dejjem ‘il quddiem Vinicius. Il-ħajja hija sabiħa wisq, avventura tal-għaġeb. Gawdi u għix kull mument.”

Prosit tassew bħal dejjem, Lelio!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI