Bħalissa fuq il-paġna uffiċjali tal-Eurovision Song Contest qed tittella’ sensiela ta’ filmati fejn kull wieħed u waħda mill-kontestanti jidhru qed jippreżentaw lilhom infushom għall-ewwel darba lill-udjenza dinjija, b’ilbies mill-aktar straordinarju.
Fil-filmat li ttella’ ta’ AIDAN spikkat l-umiltà tiegħu li hu għażel li jġorr miegħu saħansitra fi Vjenna. Dan hekk kif il-kantant żagħżugħ ta’ 26 sena beda l-filmat tiegħu proprju fil-pjazza ta’ belt twelidu; fil-pjazza taż-Żejtun.
Fis-sezzjoni tal-kummenti, bosta kienu dawk li rrikonoxxew u faħħru l-inizjattiva li ħa AIDAN sabiex jagħti prominenza lil belt twelidu quddiem udjenza daqstant wiesa.
Fil-fatt, ftit inqas minn 24 siegħa wara li ttella’ l-filmat fuq il-paġna tal-Eurovision Song Contest, il-filmat kien diġà ġie segwit minn ‘il fuq minn 110,000 ruħ.
@eurovision AIDAN bringing his trademark timeless charm to the Turquoise Carpet 🤠 Malta | AIDAN | Bella | 🇲🇹 #Eurovision ♬ original sound – Eurovision
TikTok / Eurovision Song Contest