Sittax-il deputat minn bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista mhux se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss, hekk kif diversi politiċi ħabbru li se jagħlqu kapitlu mill-karriera parlamentari tagħhom.
Fost dawk li mhux se jerġgħu jikkontestaw hemm disa’ deputati Nazzjonalisti u seba’ deputati Laburisti.
Min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, dawn huma Ivan J Bartolo, Claudette Buttigieg, Ryan Callus, Robert Cutajar, Chris Said, Karol Aquilina, Carm Mifsud Bonnici, David Agius u Mario de Marco.
Mill-Partit Laburista, mhux se jerġgħu joħorġu għall-elezzjoni Aaron Farrugia, Michael Farrugia, Clayton Bartolo, Roderick Galdes, Stefan Zrinzo Azzopardi, Chris Agius u Edward Zammit Lewis.
Id-deċiżjonijiet tagħhom qed jitqiesu bħala sinjal ta’ bidla kbira fix-xena politika Maltija, hekk kif diversi uċuħ stabbiliti fil-Parlament se jkunu qed jagħmlu spazju għal kandidati ġodda qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2026 li se ssir fit-30 ta’ Mejju.
Uħud minn dawn il-politiċi servew għal diversi leġiżlaturi u okkupaw karigi importanti kemm fil-Gvern kif ukoll fl-Oppożizzjoni, fosthom ministeri, shadow ministries u rwoli ewlenin fit-tmexxija tal-partiti rispettivi tagħhom.
Din il-mewġa ta’ tluq mistennija tiftaħ il-bieb għal ġenerazzjoni ġdida ta’ kandidati li se jippruvaw jiksbu posthom fil-Parlament fix-xhur li ġejjin.
Facebook / Dimitris Kakanas