Ilbieraħ, mill-paġna Guilherme’s Journey, inqasmet storja emozzjonanti dwar iċ-ċkejken Guilherme li minkejja li għandu biss disa’ snin, qed jgħix ta’ kuljum b’kundizzjoni rari li twasslu sabiex jesperjenza seizures frekwenti.
Fil-messaġġ li kien tqassam fuq il-midja soċjali, Guilherme ddeskriva kemm hi diffiċli r-realtà tiegħu fejn kultant ikun qed jidħak u jitbissem u imbagħad f’daqqa waħda jispiċċa jissielet ma’ seizure. Minkejja dan kollu, huwa temm il-messaġġ tiegħu bi kliem li ta kuraġġ lil ħafna nies: “Imma għada nerġa’ nipprova.”
Illum, il-paġna reġgħet qasmet messaġġ ieħor sempliċi iżda sabiħ mingħand Guilherme fejn kiteb:“Ngawdu l-mumenti ż-żgħar għax xi kultant huma jsiru l-akbar memorji. Grazzi ta’ kemm tħobbuni.”
Dan il-kliem reġa’ qanqal reazzjonijiet ta’ mħabba u appoġġ minn dawk kollha li qed isegwu u jissaportjaw il-vjaġġ tiegħu. Minkejja l-isfidi kbar li qed jgħaddi minnhom f’età daqshekk żgħira, Guilherme qed ikompli jispirana bir-reżiljenza, il-pożittività u t-tbissima tiegħu!
Fb/ Guilherme’s journey