“Il-Ġimgħa tal-Eurovision Tqanqal Fija Bosta Memorji Sbieħ” – Eileen Montesin Taqsam Filmati Mill-Kummentarju Tagħha Tal-Eurovision Matul is-Snin

Il-personalità televiżiva Maltija Eileen Montesin qasmet filmat nostalġiku b’diversi mumenti minn meta kienet tikkummenta fuq il-Eurovision Song Contest għal udjenzi Maltin.

Fil-filmat, Eileen inkludiet diversi clips u mumenti memorabbli bil-kanzunetti rebbieħa li matul is-snin kienu saru popolari ma’ ħafna telespettaturi Maltin, tant li ħafna għadhom jiftakru l-istil spontanju u umoristiku tagħha waqt is-serata tal-Eurovision. Fil-filmati Eileen inkludiet ritratti tat-tags li libset fis-snin li dehret tikkummenta.



Bosta segwaċi tagħha wkoll irreaġixxew għall-post b’kummenti nostalġiċi, fejn fissru kemm kienu jieħdu gost jisimgħuha tikkummenta waqt il-festival.



Matul is-snin, Eileen Montesin kienet fost l-aktar vuċijiet magħrufa marbuta mal-Eurovision f’Malta, b’ħafna jqisu l-kummentarju tagħha bħala wieħed memorabbli ferm!



Ritratti:

Fb/ Eileen Montesin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI