Minkejja li matul il-jum, illum rajna ammont konsiderevoli ta’ sħab għoli u kemxejn oħxon f’ċerti ħinijiet tal-ġurnata, it-temp baqa’ ġeneralment sabiħ u mingħajr xita.
Matul il-ġurnata kien hemm ukoll xi perjodi xemxin bejn is-sħab, filwaqt li aktar tard filgħaxija t-temp mistenni jibqa’ simili b’atmosfera relattivament kwieta. Minkejja li waranofsinhar dehru mumenti mdallma minħabba s-sħab, s’issa ma jidher l-ebda indikazzjoni ta’ xita jew ħalbiet qawwija ta’ maltemp.
It-temperaturi llum laħqu massima ta’ 24°C, filwaqt li matul il-lejl mistennija jinżlu għal madwar 14°C.
Ir-riħ baqa’ ħafif sa moderat mill-Majjistral, u ma kienx hemm twissijiet ta’ kundizzjonijiet ħżiena tat-temp.
Fb/ Mid-Djarju tat-timba