“Ma Jagħmilx Sens Tarmi Xhur Ta’ Xogħol” – Appell Dwar Il-Ħażna Tal-Basal

Il-paġna Maltija Mid-Djarju Tat-Timba qasmet kitba ddettaljata dwar wieħed mis-suġġetti li ħafna jistaqsu dwaru f’dan iż-żmien tas-sena: il-basal.

Fil-kitba ġie spjegat li meta l-basal “jinkiser” jew jitgħawweġ ma jfissirx li jkun miet jew tħassar, iżda li dan isir prinċipalment sabiex jiġi protett mill-umdità, il-moffa u t-taħsir. Skont il-paġna, kemm ix-xita kif ukoll in-nida’ jistgħu jwasslu biex l-ilma jinżel minn mal-weraq sal-qoxra tal-basla, fejn jibqa’ maqbud bejn is-saffi u maż-żmien iwassal għal taħsir minn ġewwa.



Il-paġna semmiet ukoll kemm hemm xogħol wara kull basla – miż-żerriegħa, il-ħammiela, it-tħawwil, it-tinqija u l-qalgħa u għalhekk ikun tassew dnub li l-prodott jintilef minħabba nuqqas ta’ attenzjoni fl-aħħar stadji. Issemmew ukoll diversi tipi ta’ basal li jinsabu Malta, fosthom l-abjad, l-isfar, l-aħmar u dak vjola skur, fejn kull wieħed għandu karatteristiċi differenti kemm fit-togħma kif ukoll f’kemm idum jinżamm.



Filwaqt li ġew mogħtija diversi pariri dwar kif għandu jinħażen il-basal (fosthom f’kaxxi jew imdendel f’post ventilat) ġie enfasizzat li l-akbar għadu tiegħu jibqa’ dejjem l-umdità. “Dnub li wara dak ix-xogħol kollu jintilef minħabba ftit nuqqas ta’ ħsieb,” jintemm fil-kitba.



Ritratti:

Fb/ Mid-djarju tat-timbal
Ritratti: Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI