Animal Welfare Gozo appellaw fuq Facebook biex il-pubbliku jgħin lil Jet, chihuahua ta’ erba’ snin, biex isib dar ġdida mimlija mħabba u ħarsien.
Fl-appell tagħhom huma spjegaw kif Jet qed ifittex, “dar li tista’ tagħtih is-sigurtà, l-istabbiltà u l-imħabba li jistħoqqlu.”
Jet huwa mdorri jgħix ma’ klieb oħra u ma jkollux problema bil-qtates, fatt li jagħmlu adattat għal ħafna djar differenti. Animal Welfare Gozo qalu wkoll li hu sterilizzat, għandu ċ-chip u huwa mlaqqam kompletament.
Dawk interessati li jadottaw lil Jet huma mistiedna jibagħtu messaġġ privat sabiex jingħataw aktar informazzjoni. L-organizzazzjoni fakkret ukoll li ma taċċettax talbiet permezz ta’ kummenti fuq il-midja soċjali.
Ilkoll kemm aħna nistgħu ngħinu mqar billi nxerrdu l-kelma ta’ dan l-appell.