L-attur Malti Aaron Fenech qasam messaġġ mill-aktar emozzjonanti lil martu Sindel hekk kif iċċelebraw is-7 anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, Aaron irrifletta fuq is-snin li għaddew flimkien, mimlijin mħabba, sfidi, memorji u t-tkabbir tal-familja tagħhom.
“Seba’ snin ta’ mħabba, tkabbir, sfidi, memorji u familja li jien grat ħafna għaliha,” kiteb Aaron, hekk kif stqarr li ma kienx ikun fejn jinsab illum kieku ma kellux lil Sindel maġenbu. Hu rringrazzjaha għas-sagrifiċċji, il-paċenzja u s-saħħa tagħha, speċjalment matul iż-żmien meta kien iffukat fuq l-istudji tiegħu.
“Waqt li jien kont iffukat biex inlesti l-istudji tiegħi, inti ġarrejt tant responsabbiltajiet fid-dar, ħadt ħsieb lil uliedna u xorta sibt is-saħħa biex tinkoraġġini f’kull pass,” qalilha. Aaron żied jgħid li Sindel dejjem kienet “il-post sigur” tiegħu u waħda mill-akbar motivazzjonijiet tiegħu biex jibqa’ għaddej.
“Wara seba’ snin, għadni nħossni fortunat li nħobbok, li nkun maħbub minnek u li naqsmu din il-ħajja flimkien,” temm jgħid fil-messaġġ romantiku tiegħu.
Bosta segwaċi u ħbieb tal-koppja ngħaqdu fil-kummenti biex jawgurawlhom aktar snin ta’ mħabba u kuntentizza flimkien.
Facebook / Aaron Fenech